Min Aħna

L-Għaqda tagħna, skont l-Istatut tagħha hija filantropika u apolitika u għanda dawn l-għanijiet:
Li torganizza attivitajiet soċjali, kulturali u edukattivi għall-membri
Li żżomm kuntatt mal-GO għall-benifiċċju tal-membri
Li toħloq u tgħożż solidarjeta' bejn il-membri u bejn dawn u l-impjegati tal-GO.
Minħabba li fl-aħħar Laqgħa Annwali Ġenerali (14/5/15) emendajna l-Istatut biex nestendu s-sħubija anki għal dawk li rtiraw imma m’humiex pensjonanti, nistiednu li dawk li issa jistgħu jissieħbu biex iniżżlu l-formola minn hawn u jibgħatuhielna.
Għafas fuq il-formula biex tniżżila Formula

 


Għafas fuq ir-ritratt biex tkabbar.
Il-Kunsill elett fil-Laqgħa Ġenerali Annwali fl-Istitut Kattoliku nhar il-Ħamis 14 ta' Mejju 2015.
Fuq wara mix-xellug: Nicolas Saliba (Teżorier), Joseph Giusti (Ass. Teżorier), Twanny Agius (Ass. Segretarju), Charles Tanti (President Kumitat tal-Attivitajiet), Alfred Calleja (Membru), Saviour Gatt (Viċi President). Fuq quddiem: Anthony Mulè Stagno (Segretarju), Anthony Grisciti (President) u Maurice Mifsud Bonnici (Membru)